
Raid® Spirali Antizanzara
Kojl tan-nemus għall-użu domestiku kontra n-nemus – Għall-użu fuq barra
Raid® Spirali Antizanzara huwa prodott b'effikaċja ta' insettiċida li ġie ttestjat fuq barra kontra n-nemus komuni (Culex
quinquefasciatus u n-nemus tigra (Aedes Albopictus .
Azzjoni rapida.
Għal użu fuq barra bħala apparat għall-kontroll tal-insetti biss.
Il-kojl tan-nemus huwa ideali għar-rikreazzjoni fuq barra bħal f'ġonna, f’gallariji, f’terrazzini, siti tal-kampeġġ.
L-azzjoni kontra n-nemus tibda madwar 15-il minuta wara li tixgħel il-kolja, u tipproteġik għal madwar 6 sigħat f'erja ta' 10
metri kwadri.
Għal protezzjoni f'erjas ikbar, huwa rakkomandat li tixgħel aktar minn kolja waħda b'mod proporzjonali għall-wiċċ kopert.
FIL-KAŻ TA' ŻIFFA JEW RIĦ L-ERJA PROTETTA TONQOS
Raid® Spirali Antizanzara
Sustanza Atti a: Prallethrin 0.1% (p/p
DIKJARAZZJONIJIET TA' PERIKLU
Tossiku għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema.
DIKJARAZZJONIJIET TA' PREKAWZJONI/TWISSIJA/TIKKETTAR ADDIZZJONALI
Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. Uża biss f'pożizzjonijiet li ma
jintlaħqux mit-tfal u l-annimali. Żommu 'l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. JEKK JINBELA’: Sejjaħ ĊENTRU TAL-
AVVELENAMENT/tabib jekk ma tħossokx f’sikktek. Armi l-kontenut u il-kontenitur skont ir-regolament lokali. Evita li tibla' bin-
nifs dħaħen. Tħallix il-kolja waħedha u itfi sew wara l-użu. Neħħi jew għatti l-ikel, tagħmir tal-preparazzjoni tal-ikel u l-pożati.
Tħallix materjali ta' kwalunkwe tip jgħattu l-apparat waqt li qed jintuża. Neħħi jew għatti terrarji, akkwarji u gaġeġ tal-annimali
qabel tapplika. Aħsel idejk wara li tuża l-prodott. Tikkontaminax għadajjar jew xmajriet. Żomm 'il bogħod minn ikel, xorb u
minn għalf ta' l-annimali.
Fih 1,2-benzisothiazol-3(2H-one. Jista' jagħmel reazzjoni allerġika.
Manufattur u detentur tan-notifika:
Zobele Holding S.p.A. Via Fersina, 4 – 38123 Trento (Italy . Tel. +39 0461 303700
Numru tan-Notifika: 2016-01-12-B01a
Kontenut: 10, 20, 30, 40, 50, 60, 70, 80, 90, 100 kojlijiet tan-nemus
Numru tal-lott:............ VALIDITÀ: Sentejn fil-kaxxa oriġinali Data ta' Skadenza: ………
ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU
1/ Aqla' l-kojlijiet billi taqbad il-parti tan-nofs taż-żewġ kojlijiet bis-saba' l-kbir u l-werrej u ssepparahom bil-mod, kif muri
fil-figura, u OQGĦOD ATTENT LI MA TISFURZAX ĦALLI TEVITA LI TKISSIRHOM.
2/ Itwi l-lametta 'l fuq fuq l-appoġġ tal-metall.
3/ Daħħal il-kojl fuq it-tarf tal-lametta, bl-użu tal-qatgħat li jinsabu fin-nofs tal-kojl.
4/ Ixgħel it-tarf tal-kojl. Wara ftit sekondi ara jekk il-fjamma intfietx u jekk l-għuda hijiex qed iddaħħan. Il-protezzjoni kontra n-
nemus tibda madwar 15-il minuta wara li tixgħel il-kolja.
5/ Uża kwalunkwe frammenti mill-biċċiet tal-kojl miksurin billi tpoġġihom fil-qasma pprovduta fl-appoġġ u ixgħelhom.